Avviż legali importanti
L-informazzjoni f’dan is-sit hija soġġetta għal ċaħda ta’ responsabbiltà, avviż ta’ drittijiet tal-awtur u għal regoli li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-dejta personali.
Il-prezzijiet inklużi f’din l-applikazzjoni huma purament indikattivi u ma jirrappreżentawx il-prezz eżatt tas-suq ta’ prodott speċifiku.
Ċaħda ta’ responsabbiltà
Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan is-sit elettroniku sabiex ittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u għall-politiki tal-Unjoni Ewropea inġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u eżatta. Jekk xi ħadd jiġbdilna l-attenzjoni għal xi żbalji, nagħmlu ħilitna sabiex nirranġawhom.
Madankollu, il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni f’dan is-sit.
Din l-informazzjoni:
- hija ta’ natura ġenerali biss u mhijiex maħsuba sabiex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ xi individwu jew xi entità partikolari;
- mhux bilfors hija komprensiva, sħiħa, eżatta jew aġġornata;
- xi drabi hija marbuta ma’ siti esterni li s-servizzi tal-Kummissjoni ma għandhomx kontroll fuqhom u li għalihom il-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabbiltà;
- m'hijiex parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonista kkwalifikat xieraq).
Jekk jogħġbok innota li m’hemmx garanzija li dokument disponibbli online jirriproduċi b’mod eżatt test adottat uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata f’edizzjonijiet stampati tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss hija meqjusa awtentika.
L-għan tagħna huwa li nnaqqsu kemm jista’ jkun it-tfixkil ikkawżat mill-iżbalji tekniċi. Madankollu xi dejta jew informazzjoni fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls u f’formati li fihom xi żbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat mod ieħor minn problemi bħal dawn. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ dawn it-tipi ta’ problemi li jinħolqu minħabba l-użu ta’ dan is-sit jew ta’ xi sit estern marbut.
Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba sabiex tnaqqas l-obbligazzjoni tal-Kummissjoni fil-kontravenzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas sabiex teskludi l-obbligazzjoni tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.
Avviż ta’ drittijiet tal-awtur
© L-Unjoni Ewropea, 1995-2011
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, bil-kundizzjoni li jiġi rikonoxxut is-sors, għajr jekk jingħad mod ieħor.
Fejn irid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew użu testwali ta’ informazzjoni multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), tali permess għandu jħassar il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu.
Protezzjoni tad-dejta personali
L-Unjoni Ewropea hija impenjata lejn il-privatezza tal-utenti.
Il-politika dwar il-“protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-Komunità” hi bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000.
Din il-politika ġenerali tkopri l-familja tas-siti istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fid-domain .eu.
Għalkemm tista’ żżur ħafna minn dawn is-Siti mingħajr ma tagħti l-ebda informazzjoni dwarek, f'xi każijiet, l-informazzjoni personali hi meħtieġa biex tingħata l-e-servizzi li titlob.
Siti li jeħtieġu t-tali informazzjoni jittrattawha skont il-politika deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-dejta tiegħek fl-istqarrijiet tal-politika tal-privatezza speċifiċi tagħhom.
F’dan ir-rigward:
- Għal kull e-servizz speċifiku, kontrollur jiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali u jiżgura l-konformità tal-e-servizz speċifiku mal-politika tal-privatezza;
- F'kull istituzzjoni, Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar il-qadi tal-obbligi tagħhom (ara l-Art. 24 tar-Regolament);
- Għall-Istituzzjonijiet kollha, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
għandu jaġixxi bħala awtorità indipendenti ta’ superviżjoni (ara l-Art. 41 sa 45 tar-Regolament).
Il-familja ta’ Siti istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fid-dominju tal-eu, tipprovdi links għas-siti ta’ partijiet terzi. Minħabba li aħna ma nikkontrollawhomx, inħeġġuk tirrevedi l-politika tal-privatezza tagħhom.
X'inhu e-servizz?
E-servizz fuq EUROPA hu servizz jew riżorsa magħmula disponibbli fuq l-Internet sabiex itejjeb il-komunikazzjonijiet bejn iċ-ċittadini u n-negozji fuq naħa u l-Istituzzjonijiet Ewropej fuq in-naħa l-oħra.
Fuq EUROPA hemm diġà, jew sejjer ikun hemm tliet tipi ta’ e-servizzi:
- Servizzi ta’ informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, lill-midja, lin-negozji, lill-amministrazzjonijiet jew lil min jieħu d-deċiżjonijiet b’aċċess faċli u effettiv għall-informazzjoni, u għalhekk iżid it-trasparenza u l-komprensjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE;
- Servizzi ta’ komunikazzjoni interattiva li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, man-negozji, mas-soċjetà ċivili u ma’ nies pubbliċi u b’hekk jiffaċilitaw il-konsultazzjonijiet tal-politika, u l-mekkaniżmi ta’ rispons, sabiex jikkontribwixxu fit-tfassil tal-politika, tal-attivitajiet u s-servizzi tal-UE;
- Servizzi ta' transazzjoni li jippermettu aċċess għall-forom bażiċi kollha ta’ transazzjonijiet mal-UE, eż. xiri pubbliku, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, ingaġġ għall-avvenimenti, akkwist jew xiri ta' dokumenti, eċċ.
Informazzjoni li tinstab fi stqarrija ta’ privatezza speċifika.
Stqarrija tal-privatezza speċifika għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-dejta tiegħek:
- X’informazzjoni hija miġbura, għal liema skop u b’liema mezzi l-UE tiġbor l-informazzjoni
- ma terġax tintuża għal skop inkompatibbli;
- Lil min tiġi żvelata l-informazzjoni dwarek. L-UE tiżvela biss informazzjoni lil partijiet terzi jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-għan(ijiet) identifikat(i) hawn fuq u lill-(kategoriji ta’) destinatarji msemmija. L-UE ma tagħtix l-informazzjoni personali tiegħek għal skopijiet kummerċjali;
- Kif tista’ taċċessa l-informazzjoni tiegħek, tivverifika l-preċiżjoni tagħha u, jekk ikun meħtieġ, tirranġaha. Bħala suġġett tad-dejta inti għandek id-dritt ukoll li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek għal raġunijiet leġittimi ħlief meta din tinġabar sabiex tikkonforma ma’ obbligu legali, jew tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ kuntratt li għalih inti parti, jew tkun sejra tintuża għal skop li inti tajt kunsens ċar għalih;
- Għal kemm żmien tinżamm id-dejta tiegħek. L-UE żżomm id-dejta biss għaż-żmien meħtieġ sabiex jitwettaq l-għan tal-ġbir jew ta’ pproċessar ulterjuri;
- X’inhuma l-miżuri ta’ sigurtà meħuda għas-salvagwardja tal-informazzjoni tiegħek kontra l-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;
- Lil min għandek tikkuntattja jekk ikollok xi mistoqsija jew ilment.
Kif nittrattaw il-posta elettronika li tibgħatilna?
Bosta paġni tal-web fuq Europa għandhom il-buttuna “Ikkuntattjana”, li tattiva s-softwer tal-indirizz elettroniku tiegħek u tistiednek tibgħat il-kummenti tiegħek f’kaxxa postali elettronika speċifika funzjonali.
Meta tibgħat dan il-messaġġ, id-dejta personali tiegħek tinġabar biss safejn ikun meħtieġ biex tingħata tweġiba. Jekk it-tim li jħaddem il-kaxxa postali ma jkunx jista’ jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, huwa jgħaddi l-posta elettronika tiegħek lil servizz ieħor. Inti tiġi informat/a, permezz tal-posta elettronika għand liema servizz għaddiet il-mistoqsija tiegħek.
Jekk għandek xi mistoqsija rigward l-ipproċessar tal-posta elettronika tiegħek u dejta personali relatata, toqgħodx lura milli tinkludiha fil-messaġġ tiegħek.





