“Dawk li Qatgħu t-Tipjip Ma Jwaqqafhom Xejn” tiċċelebra l-kisbiet ta’ nies minn madwar l-Ewropa kollha li qatgħu t-tipjip. Il-kampanja, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea, toffri għajnuna bla ħlas għall-waqfien mit-tipjip permezz ta’ iCoach, għodda online bla ħlas ta’ waqfien mit-tipjip ibbażata fuq riċerka xjentifika u esperjenza klinika estensiva ta’ psikologi u esperti fil-komunikazzjoni.